Previous Page  9 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 9 / 24 Next Page
Page Background

S O M M A R J U E Ż E K U T T I V T A R - R A P P O R T A N N W A L I 2 0 1 5

7

l-importanza li jiġu kkonsultati l-istituzzjoni-

jiet aktar kmieni fil-proċess tal-apaplikazz-

joni tal-bidliet għar-rappurtar Finrep, l-EBA

nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-bidliet

proposti f’Diċembru 2015.

Il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-

monitoraġġ tal-innovazzjoni finanzjarja

u l-iżgurar ta’ servizzi ta’ pagamenti

siguri u effiċjenti madwar l-UE

Fl-2015, l-EBA kompliet ittejjeb il-protezzjoni

tal-konsumaturi u tippromwovi t-trasparenza,

is-sempliċità u l-korrettezza għal prodotti u

servizzi finanzjarji tal-konsumatur madwar

is-suq uniku. L-EBA analizzat b’mod ulter-

juri n-nuqqas ta’ mġiba tal-bejgħ bl-imnut

ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, li jista’ jikkawża

mhux biss ħsara kbira lill-konsumatur, iżda

jista’ jelimina b’mod sever il-fiduċja fis-suq, l-

istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-sistema

finanzjarja.

L-EBA żviluppat bosta settijiet ta’ rekwiżiti

regolatorji għall-prodotti li huma fi ħdan il-

kamp ta’ applikazzjoni ta’ azzjoni tal-EBA,

jiġifieri, ipoteki, self personali, depożiti, kon-

tijiet tal-pagamenti, servizzi tal-pagament

u flus elettroniċi. Għal kwistjonijiet li huma

trasversali fis-settur bankarju iżda li huma

rilevanti għas-setturi tal-assigurazzjoni u ta’

investiment, l-EBA kkooperat mill-qrib maż-

żewġ awtoritajiet superviżorji Ewropej l-oħra

(ESA), il-EIOPA u l-ESMA. Xi attivitajiet im-

wettqa fl-2015 huma kif ġej.

ƒ

F’Lulju 2015, l-EBA ppubblikat il-linji

gwida dwar is-sorveljanza tal-prodott u

l-arranġamenti

tal-governanza

għall-

manifatturi u d-distributuri ta’ prodotti re-

latati mal-operazzjonijiet bankarji għall-

konsumatur. Dawn il-linji gwida jistabbilixxu

qafas għat-tfassil tal-prodott robust u re-

sponsabbli u distribuzzjoni mill-manifatturi

u d-distributuri.

ƒ

F’Diċembru 2015, l-EBA ppubblikat doku-

ment ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz ta’

linji gwida relatati mal-politiki u l-prattiki ta’

rimunerazzjoni. B’dan l-abbozz tal-linji gwi-

da, l-EBA għandha l-għan li tindirizza poli-

tiki u prattiki tar-rimunerazzjoni dgħajfin,

li hija identifikat bħala xprunatur ewlieni

ta’ bejgħ inadatt ta’ prodotti u servizzi re-

latati mal-operazzjonijiet bankarji għall-

konsumatur. L-abbozz tal-linji gwida jip-

provdi qafas għall-istituzzjonijiet finanzjarji

biex jimplimentaw politiki u prattiki ta’ ri-

munerazzjoni li se jorbtu l-inċentivi mat-

trattament ġust tal-konsumaturi u jnaqqsu

r-riskju ta’ bejgħ ħażin u spejjeż ta’ mġiba

riżultanti għad-ditti.

ƒ

Flimkien mal-linji gwida dwar l-evalwa-

zzjoni tal-affidabbiltà, f’Ġunju 2015 l-EBA

ppubblikat il-linji gwida dwar arretrati u