Previous Page  6 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 6 / 24 Next Page
Page Background

L - A W T O R I T à B A N K A R J A E W R O P E A

4

Il-konklużjoni tal-qafas regolatorju

għall-iskemi effettivi ta’ rkupru, ta’

riżoluzzjoni u ta’ garanzija tad-depożiti

Fil-qasam tal-immaniġġjar tal-kriżi, l-EBA

bdiet programm ta’ ħidma impenjattiv biex

tgħin lill-Istati Membri kollha tal-UE jsaħħu

r-reġimi ta’ rkupru, ta’ riżoluzzjoni u dawk

ta’ protezzjoni ta’ depożitanti tagħhom.

Il-programm ta’ ħidma ffoka biex: (i) jik-

konkludi u jsaħħaħ il-qafas regolatorju per-

mezz tal-istandards u l-linji gwida tal-livell

2; (ii) jippromwovi konverġenza superviżorja,

inkluż permezz ta’ kulleġġi superviżorji u ta’

riżoluzzjoni; u (iii) jikkontribwixxi għal aġenda

ta’ riżoluzzjoni ambizzjuża fil-livell globali.

L-istabbiliment tal-unjoni bankarja żied re-

sponsabbiltà addizzjonali għall-EBA fir-rwol

tagħha bħala koordinatriċi għall-UE kollha.

Taħt il-mandati tagħha li joħorġu mid-Diretti-

va dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek

(BRRD) u d-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija

tad-Depożiti (DGSD), mill-2014, l-EBA ffinaliz-

zat 33 standard tekniku, linji gwida u opinjoni-

jiet fil-kuntest tar-riżoluzzjoni u tal-protezzjo-

ni ta’ depożitanti. Dawn il-prodotti tal-livell 2

jikkonkludu l-qafas regolatorju armonizzat u

jipprovdu appoġġ lill-awtoritajiet superviżorji

u ta’ riżoluzzjoni u lill-iskemi ta’ garanzija tad-

depożiti (DGS) madwar l-UE fl-applikazzjoni

prattika tar-regoli.

Fl-2015, qasam ta’ importanza partikolari fil-

programm ta’ ħidma tal-EBA kien l-abbozz ta’

standards tekniċi regolatorji finali (RTS) dwar

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi għal fondi

proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL).

Taħt il-BRRD, il-MREL iservi biex jiżgura li

f’punt ta’ falliment, istituzzjoni jkollha dis-

ponibbli obbligazzjonijiet suffiċjenti eliġibbli

li għandhom jitniżżlu jew biex jiġu kkonver-

titi għall-assorbiment tat-telf. Il-MREL huwa

stabbilit mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fuq

bażi ta’ każ b’każ għal kull istituzzjoni bħala

minimu robust. L-RTS jispeċifika b’mod ulter-

juri l-kriterji applikabbli għal dan ir-rekwiżit u

b’hekk jimmira għal grad ferm ogħla ta’ ar-

monizzazzjoni, filwaqt li jirrispetta d-diversità

tal-istituzzjonijiet u l-mudelli tan-negozju

madwar l-UE.

Fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-koordinazz-

joni transkonfinali, l-EBA ħolqot qafas għall-

koperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u

awtoritajiet oħrajn fil-kulleġġi. Dan il-qafas

jipprovdi skambju attiv ta’ informazzjoni u

jħeġġeġ djalogu effettiv fost l-awtoritajiet re-

sponsabbli għall-banek u s-sussidjarji/fergħat

sinifikanti tagħhom u jipprovdi għajnuna biex

jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti.

L-EBA tistabbilixxi f’abbozz finali tal-RTS kif

dawn il-kulleġġi għandhom jiffunzjonaw, li jko-

pri fost affarijiet oħra, l-istabbiliment u l-gov-

ernanza tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni, l-iżvilupp

ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni fi ħdanhom u

l-eżekuzzjoni ta’ skemi ta’ riżoluzzjoni.