Previous Page  5 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 5 / 24 Next Page
Page Background

S O M M A R J U E Ż E K U T T I V T A R - R A P P O R T A N N W A L I 2 0 1 5

3

Kisbiet fl-2015

It-tlestija tal-ktieb wieħed tar-

regoli u t-tisħiħ tal-konsistenza fir-

regolamentazzjoni prudenzjali

Fl-2015, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

ħadmet biex titlesta l-parti l-kbira tal-pakkett

G20, u b’hekk jissaħħaħ il-ktieb wieħed tar-

regoli applikabbli għas-settur bankarju tal-

Unjoni Ewropea (UE). Dan ix-xogħol inkluda

standards tekniċi vinkolanti, rapporti, linji

gwida u opinjonijiet taħt id-Direttiva dwar ir-

Rekwiżiti tal-Kapital (CRD)/Regolament dwar

ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR) fir-rigward ta’

firxa ta’ suġġetti.

Fil-qasam tar-remunerazzjoni, fl-2015, l-EBA

ħadmet biex tiżgura qafas ta’ remunerazz-

joni msaħħaħ għall-istituzzjonijiet tal-UE u

għal kondizzjonijiet ekwivalenti permezz tal-

iżvilupp ta’ linji gwida dwar politiki ta’ remun-

erazzjoni sodi, li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jan-

nar 2017. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’

proporzjonalità taħt ċirkostanzi speċifiċi kien

element prinċipali tax-xogħol tal-EBA f’dan

il-qasam, li wassal lill-Awtorità toħroġ opin-

joni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament

Ewropew u l-Kunsill, li ser tinforma r-reviżjoni

kontinwa tad-dispożizzjonijiet dwar ir-remun-

erazzjoni.

Fil-qasam tal-likwidità, fl-2015, l-EBA ppubb-

likat il-proposta tagħha ta’ kalibrazzjoni tal-

proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett (NSFR) kif

ukoll valutazzjoni tal-impatt tagħha dwar il-

profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet tal-UE per-

mezz ta’ mudell tan-negozju, dwar is-swieq fi-

nanzjarji, is-self ta’ bank u l-ekonomija sħiħa.

Fir-

rapport ta’ NSFR

, l-EBA rrakkomandat l-

introduzzjoni tal-NSFR fl-UE fuq bażi individ-

wali u kkonsolidata u pprevediet ċerti rinunzji

għal xi speċifiċitajiet Ewropej, kif mitlub mill-

Kummissjoni. Ir-

rapport ta’ NSFR

se jappoġġja

lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-

adegwatezza tal-implimentazzjoni tal-NSFR

fl-UE u se jippreżenta l-proposta leġiżlattiva

tagħha dwar l-NSFR lill-Kunsill Ewropew u l-

Parlament sal-aħħar tal-2016 biex jiġi żgurat

li l-istituzzjonijiet ikollhom sors stabbli tal-

finanzjament.

Fl-2015, l-EBA għamlet kontribuzzjoni sin-

ifikanti għall-iżvilupp tal-qafas regolatorju

Ewropew tat-titolizzazzjoni u kellha rwol im-

portanti fil-proposta biex terġa’ tqajjem mill-

ġdid is-swieq ta’ titolizzazzjoni fil-kuntest

tal-proġett tal-Unjoni dwar is-Swieq Kapitali,

li huwa sostanzjalment ibbażat fuq il-parir

u rakkomandazzjonijiet tal-EBA maħruġa

f’Lulju u f’Diċembru 2015, li koprew titoliz-

zazzjonijiet tal-”bejgħ veru” u titolizzazzjoni-

jiet sintetiċi. Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha,

l-EBA enfasizzat l-importanza tar-ristrut-

turar tas-suq tat-titolizzazzjoni biex tiżdied

il-fiduċja tal-investituri fi prodotti titolizzati,

titneħħa l-istigma perċeputa mehmuża mas-

suq ta’ titolizzazzjoni wara inadempjenzi ta’

kwalità baxxa u prodotti riskjużi fil-kriżi finan-

zjarja u biex jiġi pprovdut kanal tal-finanzja-

ment alternattiv għall-ekonomija reali. Barra

dan, l-EBA, flimkien mal-Awtorità Ewropea

tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewro-

pea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-

Xogħol (EIOPA), ikkonsultaw ukoll lill-partijiet

ikkonċernati dwar l-immappjar tal-klassifika-

zzjonijiet tal-kreditu assenjati lill-prodotti ta’

titolizzazzjoni fl-iskali ta’ kwalità ta’ kreditu li

jallokaw rekwiżiti tal-kapital skont is-CRR. L-

EBA wettqet ukoll analiżi sostanzjali dwar it-

trasparenza tas-swieq ta’ titolizzazzjoni fl-UE.

Figura 1:

EBA fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja

SM mhux

parteċipanti

fl-MSU/SRM

Mekkaniżmu

Superviżorju Uniku

(MSU)

BĊE

UE 19+

Mekkaniżmu

Uniku ta’

Riżoluzzjoni (SRM)

SRB

UE 19+

Il-koordinazzjoni

u l-konverġenza ta’

prattiki tal-EBA

Awtoritajiet

superviżorji mhux

tal-UE

UNJONI BANKARJA

Ġabra Unika tar-Regoli UE 28 tal-EBA