Previous Page  12 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 12 / 24 Next Page
Page Background

L - A w t o r i t à B a n k a r j a E w r o p e a

10

Oqsma ewlenin li ser ikun hemm

fokus fuqhom fl-2016

Fl-2016, l-EBA se jkollha numru sinifikanti

ta’ mandati sabiex tiżgura l-finalizzazzjoni

tal-pakkett regolatorju ta’ riforma u l-kon-

sistenza fil-prattiki superviżorji madwar is-

settur bankarju tal-UE. Il-ħidma relatata

mal-proporzjon ta’ ingranaġġ, l-inklużjoni

tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-prodotti

tal-EBA u r-reviżjoni tal-qafas tal-pilastru 3

fis-sistema tal-EU huma fost l-oqsma ewlenin

ta’ fokus għas-sena li jmiss. L-EBA se tippro-

poni sett importanti tal-prodotti regolatorji u

r-rapporti fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.

Il-promozzjoni ta’ approċċ komuni

għall-kalibrazzjoni tal-proporzjon ta’

ingranaġġ

Kwistjoni ewlenija waħda għall-EBA fl-2016

hija dik tal-migrazzjoni tal-pilastru 1 tal-

proporzjon tal-ingranaġġ u l-livell(i) minimu(i)

li għandhom jitqiesu, b’mod partikolari, fir-

rigward tal-mudelli tan-negozju u l-profili

ta’ riskju. Numru konsiderevoli ta’ aspetti

oħrajn, bħall-interazzjoni mal-proporzjoni-

jiet u rekwiżiti ta’ likwidità ibbażati fuq l-ass

imwieżen għar-riskju (RWA) u l-impatt fuq

bosta segmenti tas-swieq finanzjarji jeħtieġu li

jiġu analizzati. Barra l-mandat dwar il-mudelli

tan-negozju, l-EBA għandha l-mandat ukoll

li tivvaluta bosta aspetti relatati mal-impatt.

B’mod partikolari, l-interazzjoni tal-propor-

zjon ta’ ingranaġġ mal-ħtiġiet ta’ rekwiżiti ta’

fondi proprji bbażati fuq ir-riskju u r-rekwiżiti

tal-likwidità għandha tiġi vvalutata.

It-tisħiħ tal-qafas għar-riskju tal-

kreditu

Fl-2016, l-EBA ser tirrapporta dwar ir-reviżjoni

regolatorja tagħha tal-approċċ ibbażat fuq

klassifikazzjonijiet interni (IRB), b’mod par-

tikolari biex tiġbor fil-qosor ir-risposti riċevuti

għad-dokument ta’ diskussjoni dwar il-futur

tal-approċċ IRB u l-kunsiderazzjoni tal-EBA

dwar kif għandhom jiġu inkorporati bl-aħjar

mod l-għanijiet espressi fost dawk li jwieġbu

fil-ħidma futura tagħha. L-EBA se tiċċara

wkoll il-proposti tagħha fir-rigward tal-fokus

ta’ żviluppi regolatorji dwar aspetti tal-approċċ

IRB li jeħtieġu aktar applikazzjoni armoniz-

zata fi ħdan ir-rekwiżiti tas-CRR u l-perjodu

propost tagħha għall-iżvilupp ta’ prodotti

regolatorji, bħall-istandards tekniċi u l-linji

gwida fil-qasam tal-approċċ IRB. Il-fokus tal-

EBA se jkun fuq it-tieni (2) fażi tal-ħidma IRB,

li hija relatata mad-definizzjoni ta’ inademp-

jenza, u fuq it-tielet (3) fażi, li tirrelata mal-

istima ta’ parametri tar-riskju u t-trattament

tal-assi ta’ inadempjenza.

Ir-reviżjoni tal-impatt ta’ proporzjonalità

Fid-dawl tal-importanza tad-djalogu ma’ par-

tijiet ikkonċernati biex wieħed jikseb sorvel-

janzi u evidenza speċifika, fit-3 ta’ Lulju 2015,

l-EBA organizzat workshop ta’ proporzjonal-

ità. Dan il-workshop kellu l-parteċipazzjoni

ta’ aktar minn 130 delegat, jidibattitu u je-

sploraw temi dwar il-proporzjonalità inkluża:

il-proporzjonalità kontra s-sempliċità fil-ktieb

tar-regoli bankarju; flussi tax-xogħol attwali

dwar il-proporzjonalità u s-simplifikazzjoni;

u l-approċċi biex titwassal il-proporzjon-

alità fil-prattika. Fl-2016, l-EBA tippjana li

teżamina aktar aspetti tal-proporzjonalità u

tas-sempliċità u li tospita mejda bis-CAs u l-

industrija biex tinforma x-xogħol dwar l-inte-

grar tal-proporzjonalità fil-prodotti regolatorji

tagħha.

Solvien tal-assi legati tal-UE

L-EBA se tkompli tosserva l-iżviluppi fl-

NPLs billi tipprovdi aġġornamenti regolari

fit-tabelli operattivi tar-riskju tagħha u fir-

rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju u possib-

bilment tipproduċi studji

ad hoc

. Barra dan,