Previous Page  11 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 11 / 24 Next Page
Page Background

S O M M A R J U E Ż E K U T T I V T A R - R A P P O R T A N N W A L I 2 0 1 5

9

pajjiżi mhux tal-UE ġew sottomessi lill-Kum-

missjoni fil-forma ta’ rapport u opinjoni tal-

EBA dwar l-ekwivalenza. Barra minn hekk, ġie

ffirmat memorandum ta’ kooperazzjoni bejn

l-EBA u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi

tax-Xlokk tal-Ewropa biex jiġi stabbilit qafas

għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ in-

formazzjoni.

Finalment, l-EBA pproponiet arranġament qa-

fas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ewlenin

tar-riżoluzzjoni f’ġurisdizzjonijiet ma’ ċentri

finanzjarji kbar, li se jiffaċilitaw arranġamenti

ta’ koperazzjoni għall-ġejjieni bejn kontrapar-

tijiet mhux tal-UE u awtoritajiet superviżorji

jew ta’ riżoluzzjoni tal-UE.

Ix-xogħol fuq kwistjonijiet

transsettorjali

Fl-2015, l-EBA ħadmet b’mod attiv fi ħdan il-

Kumitat Konġunt tal-ASE fl-oqsma ewlenin li

jeħtieġu kooperazzjoni bejn is-settur bankarju

u setturi oħrajn. Kollaborazzjoni mill-qrib ġiet

żviluppata wkoll mal-Bord Ewropew dwar ir-

Riskju Sistemiku (ESRB) dwar bosta suġġetti,

inkluż il-pjan tal-eżerċizzju tal-ittestjar tal-

istress tal-2016 madwar l-UE kollha.

Fl-2015, il-Kumitat Konġunt kiseb progress

sinifikanti, speċjalment fil-valutazzjoni tar-

riskju trans-settorjali u fit-tisħiħ tal-ktieb

wieħed tar-regoli ma’ prodotti dwar l-immap-

pjar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-titoliz-

zazzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Żewġ rapporti trans-settorjali dwar riskji u

vulnerabbiltajiet ipprovdew ħarsa ġenerali ef-

fettiva tar-riskji trans-settorjali ewlenin identi-

fikati fis-sistema finanzjarja tal-UE. It-tkabbir

ekonomiku dgħajjef fl-UE, l-ambjent tar-rati

tal-imgħax baxxi, volatilità għolja tas-swieq fi-

nanzjarji, kif ukoll likwidità tas-suq strutturali

li qiegħda tonqos u profittabbiltà baxxa tal-is-

tituzzjonijiet finanzjarji kienu l-fatturi ewlenin

identifikati f’dawk ir-rapporti.

Wara l-mandati regolatorji tal-ASE kemm taħt

ir-Raba’ Direttiva l-ġdida kontra l-Ħasil tal-

Flus kif ukoll ir-Regolament kontra l-Ħasil

tal-Flus, infetħu konsultazzjonijiet dwar linji

gwida relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-

flus ibbażata fuq ir-riskju u s-superviżjoni ta’

finanzjament kontra t-terroriżmu u dwar linji

gwida relatati mad-diliġenza dovuta mal-kli-

jent issemplifikata u msaħħa.

Barra minn hekk, il-persunal tal-EBA kien

parti minn bosta flussi tax-xogħol tal-ESRB,

bħal dawk relatati mal-ittestjar tal-istress,

miżuri makroprudenzjali u politika, likwidità

strutturali tas-suq u dawk relatati mal-bafers

kapitali kontroċikliċi. L-aktar suġġetti notevo-

li li l-EBA u l-ESRB ikkooperaw mill-qrib

fuqhom fl-2015 inkludew il-parteċipazzjoni fil-

grupp espert dwar il-proprjetà, it-task force

konġunta dwar ir-rati tal-imgħax baxxi, kon-

tribuzzjoni għar-rapport finali dwar ir-riskji

settorjali u l-ippjanar tal-eżerċizzju tal-ittest-

jar tal-istress tal-2016 madwar l-UE kollha.