Previous Page  10 / 24 Next Page
Information
Show Menu
Previous Page 10 / 24 Next Page
Page Background

L - A w t o r i t à B a n k a r j a E w r o p e a

8

preklużjoni, b’appoġġ tal-Artikolu 28 tad-

Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (MCD).

Dawn il-linji gwida jistabbilixxu rekwiżiti

f’termini ta’ politiki u proċeduri għall-

identifikazzjoni u l-immaniġġjar bikri ta’

diffikultajiet ta’ pagament inkluż taħriġ

tal-persunal, impenn mal-konsumaturi,

provvediment ta’ informazzjoni u għajnuna

lill-konsumaturi, proċess ta’ riżoluzzjoni

u dokumentazzjoni ta’ indirizzar mal-kon-

sumaturi u żamma ta’ rekords.

L-EBA kompliet ukoll tissodisfa l-mandat

tagħha li tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda

u eżistenti u kkontribwixxiet biex tiżgura paga-

menti bl-imnut li huma siguri, faċli u effiċjenti

madwar l-UE. Fi Frar 2015, l-EBA ppubblikat

opinjoni dwar il-finanzjament kollettiv ibbażat

fuq is-self, li kienet indirizzata lill-Kummiss-

joni, lill-Parlament u lill-Kunsill. L-EBA ffu-

kat il-ħidma tagħha dwar il-valutazzjoni tar-

riskji li jirriżultaw għall-parteċipanti tas-suq

kif ukoll għall-ixprunaturi ta’ dawn ir-riskji

u l-firxa sa fejn dawn jistgħu jiġu indirizzati

fid-direttivi u r-regolamenti eżistenti tal-UE.

L-opinjoni identifikat id-Direttiva tas-Servizzi

tal-Pagament (PSD) bħala t-test leġiżlattiv tal-

UE li jkun l-aktar rilevanti għall-finanzjament

kollettiv ibbażat fuq is-self.

Fl-2015, l-Awtorità intensifikat l-isforzi tagħha

fir-rigward tal-konverġenza regolatorja u

superviżorja fil-qasam tal-pagamenti. L-EBA

għandha l-għan li tiżgura pagamenti siguri,

faċli u effiċjenti madwar l-UE. Bħala l-ewwel

pass, l-EBA ħarġet linji gwida finali dwar is-

sigurtà tal-pagamenti bl-internet, li ilhom

applikabbli sa mill-1 ta’ Awwissu 2015. L-EBA

bdiet taħdem ukoll fuq l-implimentazzjoni

tad-Direttiva riveduta tas-Servizzi tal-Paga-

ment (PSD2), li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2016 u

kkonferiet lill-EBA l-iżvilupp ta’ sitt standards

tekniċi u ħames settijiet ta’ linji gwida.

F’Ġunju 2015, l-Awtorità ppubblikat ir-rapport

annwali tagħha dwar it-tendenzi tal-kon-

sumaturi, li enfasizza tmien tendenzi rilevanti

li jistgħu jkunu l-bażi għal ħidma futura poten-

zjali mill-EBA: dejn tal-familji; trasparenza u

l-komparabilità tat-tariffi bankarji; innovazz-

joni fil-pagamenti; depożiti strutturati; prattiki

u rimunerazzjoni kummerċjali ta’ bejgħ; u for-

nituri tas-servizzi finanzjarji alternattivi.

Impenn internazzjonali

L-EBA b’mod attiv tipparteċipa f’laqgħat

tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni

Bankarja (BCBS), numru ta’ sottokumitati

esperti tagħha u firxa ta’ gruppi ta’ ħidma

speċjalisti u task forces. Din tikkontribwixxi,

fejn meħtieġ, għall-ispeċifikazzjoni tad-defi-

nizzjoni tal-BCBS tal-proporzjon ta’ ingranaġġ

u fl-2015 din ikkontribwixxiet għar-reviżjoni

tal-qafas kollu tar-riskju tas-suq - magħrufa

bħala r-reviżjoni fundamentali tal-ktieb tan-

negozjar- kif ukoll għar-reviżjonijiet għall-

qafas dwar l-aġġustament tal-valwazzjoni

tal-kreditu (CVA). Barra minn hekk, l-EBA

kienet involuta fil-ħidma tal-Kumitat ta’ Basel

fir-rigward ta’ numru ta’ inizjattivi regolatorji.

Bħal fis-snin preċedenti, l-EBA ilha

tipparteċipa b’mod attiv fl-attivitajiet ewlenin

tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB)

taħt il-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Riżoluzzjoni u

kkontribwixxiet ukoll għall-konsultazzjonijiet

tal-FSB dwar il-finanzjament tal-banek fir-

riżoluzzjoni. Aktar reċentement, l-EBA kienet

involuta wkoll fil-fluss ta’ ħidma tal-Grupp ta’

Mmaniġġjar tal-Kriżi Transkonfinali (CBCM)

dwar il-kontinwità ta’ aċċess għal infrastrut-

turi tas-suq finanzjarju u l-Grupp il-ġdid dwar

l-Immaniġġjar tal-Kriżi Transkonfinali fir-rig-

ward tal-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

L-EBA ħadmet fuq nota ta’ gwida biex tassisti

s-CAs fil-kumpilazzjoni ta’ indikaturi finanz-

jarji sodi tal-Fond Monetarju Internazzjonali

(FMI) għal dawk li jieħdu d-depożitu u li jużaw

input tal-istatistika derivat mill-ITS tal-EBA

dwar ir-rappurtar superviżorju.

Fl-2015, l-Awtorità kellha l-mandat li tirrevedi

u tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar

l-applikazzjoni tas-CRD u s-CRR dwar il-koop-

erazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri

ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE, billi jiġi identifikat

kwalunkwe qasam li jeħtieġ żvilupp ulterjuri

fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni

tal-informazzjoni fuq bażi transkonfinali. L-

EBA kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib

sinifikanti, għalkemm emendi leġiżlattivi fil-

qasam tal-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza ġew

identifikati bħala oqsma li jistgħu jiffaċilitaw

kooperazzjoni aħjar.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni konsist-

enti tal-awtoritajiet superviżorji mhux tal-UE

f’kulleġġi superviżorji, l-EBA, fuq inizjattiva

tagħha stess, ħarġet rakkomandazzjoni dwar

l-ekwivalenza tar-reġimi ta’ kunfidenzjalità ta’

29 awtorità superviżorja mhux tal-UE minn

13-il pajjiż. Ir-rakkomandazzjoni hija pass lejn

prattiki superviżorji konsistenti tal-UE, peress

li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha

qablu li jkunu konformi mas-sejbiet, li se jar-

monizzaw parteċipazzjoni ta’ pajjiżi mhux tal-

UE f’kulleġġi superviżorji tal-UE.

Barra dan, fl-2015, l-EBA wieġbet għat-talba

tal-Kummissjoni għal pariri tekniċi dwar l-

ekwivalenza tar-reġimi legali u superviżorji

f’pajjiżi speċifiċi li mhumiex tal-UE. Fl-2015,

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-EBA ta’ sitt